Javascript must be enabled to continue!
AĦNA U L-FiBROMiLAĠJA
View through CrossRef
Milux, psikologu li jispeċjalizza fl-uġigħ qalli li għandu jsir ħafna aktar sabiex iktar professjonisti li jaħdmu fis-saħħa jsiru konxji dwar il-fibromijalġja. Meta tqabbel ma’ dak li konna nafu saħansitra sentejn ilu, bil-progress li sar fir-riċerka, issa nistgħu nifhmu aħjar x’inhi l-fibromijalġja. Madankollu, m’hemmx ċertezza sakemm it-tabib, il-fiżjoterapista, jew professjonisti oħra jkollhom għarfien sħiħ ta’ din il-kundizzjoni kumplessa. Kultant qisha lotterija. Darba kont fis-sodda nsofri bl-uġigħ u bdejt naħseb kif nista’ noħloq komik dwar din il-kundizzjoni. Bgħatt emails lil xi wħud li kont naf, u dawn kitbuli lura, jgħiduli li jridu jaħdmu miegħi fuq dan il-proġett. Dan il-komik huwa miktub u ddisinjat bl-għan li jqajjem kuxjenza dwar il-fibromijalġja fost professjonisti, familji, u komunitajiet. Jagħtina stampa tal-bidliet kontinwi fil-ħajja ta’ dawk li għandhom il-fibromijalġja u kif ukoll dwar l-impatt li dan iħalli fuq dawk qrib tagħhom. Jitfa’ dawl u jenfasizza l-importanza ta’ gruppi u netwerks ta’ appoġġ li jgħinu n-nies jadattaw għal ħafna bidliet li ġġib il-fibromijalġja, u sabiex dawn xorta jkomplu jiffjorixxu minkejja l-isfidi u l-konsegwenzi sostanzjali li jaffaċċjaw.
UniVerse
Title: AĦNA U L-FiBROMiLAĠJA
Description:
Milux, psikologu li jispeċjalizza fl-uġigħ qalli li għandu jsir ħafna aktar sabiex iktar professjonisti li jaħdmu fis-saħħa jsiru konxji dwar il-fibromijalġja.
Meta tqabbel ma’ dak li konna nafu saħansitra sentejn ilu, bil-progress li sar fir-riċerka, issa nistgħu nifhmu aħjar x’inhi l-fibromijalġja.
Madankollu, m’hemmx ċertezza sakemm it-tabib, il-fiżjoterapista, jew professjonisti oħra jkollhom għarfien sħiħ ta’ din il-kundizzjoni kumplessa.
Kultant qisha lotterija.
Darba kont fis-sodda nsofri bl-uġigħ u bdejt naħseb kif nista’ noħloq komik dwar din il-kundizzjoni.
Bgħatt emails lil xi wħud li kont naf, u dawn kitbuli lura, jgħiduli li jridu jaħdmu miegħi fuq dan il-proġett.
Dan il-komik huwa miktub u ddisinjat bl-għan li jqajjem kuxjenza dwar il-fibromijalġja fost professjonisti, familji, u komunitajiet.
Jagħtina stampa tal-bidliet kontinwi fil-ħajja ta’ dawk li għandhom il-fibromijalġja u kif ukoll dwar l-impatt li dan iħalli fuq dawk qrib tagħhom.
Jitfa’ dawl u jenfasizza l-importanza ta’ gruppi u netwerks ta’ appoġġ li jgħinu n-nies jadattaw għal ħafna bidliet li ġġib il-fibromijalġja, u sabiex dawn xorta jkomplu jiffjorixxu minkejja l-isfidi u l-konsegwenzi sostanzjali li jaffaċċjaw.

